Qegħdin hawn biex ngħinuk.
L-FPAS (Family Planning and Pregnancy Advisory Service) jipprovdi informazzjoni dwar l-għażliet riproduttivi lil nies f’Malta.
Aħna favur l-għażla (pro-choice) u ma niġġudikawx. L-għan tagħna huwa li ngħinu lin-nisa* jagħmlu għażliet tajbin billi nagħtuhom informazzjoni, pariri, u appoġġ.
Tista' tistaqsina li trid dwar is-saħħa riproduttiva, u aħna nipprovdu informazzjoni affidabbli u imparzjali. Nistgħu wkoll nirreferuk għal servizzi oħra pro-choice li jistgħu jgħinuk.
Ikkuntattjana
Dawn huma l-modi kif tista' tikkuntattjana. Kull komunikazzjoni hija kunfidenzjali.
Ċemplilna fuq 2778 2758 jew 2034 1686
Sfortunatament mhux dejjem inkunu kapaċi nwieġbuk mil-ewwel. Jekk jogħġbok ħalli messaġġ bil-vuċi bin-numru tat-telefon tiegħek u aħna nċemplulek lura f'jumejn.
Ċemplilna b'xejn fuq 8006 2857
Dan in-numru tat-telefon b'xejn jaħdem biss meta ċċempel minn Malta minn linja fissa jew mobile b'numru Malti.
Tkellem magħna billi tuża l-kaxxa taċ-chat fil-kantuniera t’isfel tal-lemin tal-iskrin. Tinkwetax jekk titlaq il-websajt qabel ma nirrisponduk, għax nistgħu nirrisponduk permezz tal-email.
Ibgħatilna email fuq contact@fpas.mt
Ibgħatilna messaġġ fuq WhatsApp fuq 2034 1686
X'Noffru
FPAS hija inizjattiva ta' tliet organizzazzjonijiet volontarji bbażati f'Malta:
Doctors for Choice (Malta), il-Women's Rights Foundation, u Women for Women.
F'Malta, fejn id-drittijiet riproduttivi għadhom lura kumparat ma' dawk ta' pajjiżi oħra Ewropej, in-nisa jistgħu jsibuha diffiċli biex jiksbu informazzjoni affidabbli u imparzjali dwar l-għażliet riproduttivi. L-FPAS għandu l-għan li jissodisfa l-ħtiġijiet tagħhom. FPAS jipprovdi:
-
Informazzjoni lil nisa* tqal dwar għażliet fit-tqala inklużi l-abort u servizzi ta' appoġġ fit-tqala. Aħna nistgħu wkoll nirreferuk għal Abortion Support Network jekk għandek bżonn għajnuna finanzjarja. Jekk tixtieq tkompli t-tqala nistgħu niddiskutu għażliet oħra bħal addozzjoni. Aħna favur l-għażla u nappoġġjaw lin-nisa kollha, tkun xi tkun l-għażla tagħhom.
-
Informazzjoni u konsultazzjonijiet dwar kontraċezzjoni, u għinuna għal dawk li ma jaffordjawx kontraċezzjoni.
-
Pariri u appoġġ minn voluntiera u professjonisti mħarrġa.
-
Is-servizzi tagħna huma kollha b'xejn.
-
Aktar servizzi jistgħu jitħabbru fil-futur, għalhekk jekk jogħġbok ibqa' segwina.
* Għalkemm kultant nużaw it-terminu "nisa" biex nirreferu għall-klijenti tagħna, aħna noffru minn qalbna s-servizzi tagħna lin-nies kollha ta' kull orjentazzjoniji sesswali u identita' tal-ġeneru.
Agħtina l-opinjoni tiegħek
Jekk għandek kumplimenti, suġġerimenti, jew ilmenti dwar kwalunkwe servizz ta' FPAS jew voluntier, jekk jogħġbok ibgħathom lil Doctors for Choice (Malta) permezz tal-email contact@doctorsforchoice.mt.