Inwegħdu li nipproteġu d-data tiegħek

Nafu li n-nies li jikkuntattjawna ma jridux li d-dettalji tagħhom jispiċċaw f'idejn ħaddieħor. Aħna nikkommettu ruħna għal standard għoli ta' protezzjoni tad-data u għandna bosta miżuri biex nipprevjenu li l-informazzjoni tiegħek tispiċċa f'idejn ħżiena. Dawn jinkludu:

  • Aħna niġbru informazzjoni fuq bażi ta '"bżonn li nkunu nafu" (need to know) biss. Dan ifisser li mhux se nitolbuk informazzjoni li mhix strettament meħtieġa biex inkunu nistgħu ngħinuk. Pereżempju, jekk ma tridx tgħidilna l-isem veru tiegħek, mhux problema.
     

  • Aħna qatt ma ngħaddu l-informazzjoni tiegħek lil ħaddieħor mingħajr il-permess tiegħek.
     

  • Il-voluntiera kollha tagħna huma nies pro-choice ta’ fiduċja li nafu sew.
     

  • Is-sistemi kollha li bihom nagħmlu kuntatt mal-klijent tagħna (sistema ta' helpline, iċ-chat onlajn, u l-email) huma protetti bil-multifactor authentication. Dan ifisser li anke kieku hacker jikseb il-password tagħna ma jkunux jistgħu jidħlu fis-sistemi tagħna.
     

  • Iċ-chat intern tal-voluntiera fejn niddiskutu każijiet bejnietna huwa wkoll protett b'multifactor authentication.
     

  • Aħna regolarment inħassru chats tal-klijenti, voicemails, u call logs.
     

  • Kwalunkwe statistika li nżommu hija kompletament anonimizzata u mhux possibbli tintraċċata tali data lura lill-klijenti.